Dahla  Attivitajiet  Ritratti  Storja  Memorabilja  Kuntatti

          Kien lejn tmiem is-sena ta l-1989 meta bdew isiru l-ewwel movimenti bl-iskop li titwaqqaf Banda ġdida f’Birżebbuġa, minn grupp ta’ żgħażagħ li kienu nvoluti sew fl-organizzazzjoni tal-festa, speċjalment f’dak li huwa armar. Huma dejjem ħolmu li xi darba, f’Birżebbuġa tibda ssir festa aktar xierqa bħalma jsiru f’diversi bliet u rħula oħra. L-ewwel pass sar nhar il-5 ta’ Diċembru 1989 minn Alex Caruana u Angelo Vella meta iddeċidew li biex isir xi ħaġa ta’ ġid għall-festa, kien hemm il-bżonn urġenti li titwaqqaf banda ġdida. Dakinhar stess ingħaqdu magħhom Joseph Caruana, Jason Vella, Michael Muscat u Ray Cutajar. Peress li dawn kienu kollha żgħażagħ, xtaqu li magħhom ikollhom persuna ta’esperjenza biex jiggwidhom u avvicinaw lil Anthony Camilleri. Huwa avzhom li biex twaqqaf banda gdida go Birzebbuga ma kienx facli u ssuggerilhom biex jibdew ifittxu l-membri. Fl-14 ta Dicembru 1989, f’post privat fi Triq San Ġużepp, saret laqgħa ta’ Kumitat Proviżorju u f’qasir żmien ġie ifformulat Statut, instab Surmast Direttur, u bdew isiru l-preparamenti  u l-arranġamenti kollha meħtieġa biex issir l-ewwel Laqgħa Ġenerali.    

Il-ġurnata storika u tant mistennija waslet. Kien nhar il-Ħadd, 14 ta' Jannar 1990, meta ġewwa l-Lido Hall, fi Triq San Edwardu, twaqqfet l-Għaqda Mużikali Birżebbuġa, b’akklamazzjoni qawwija min numru kbir ta' dilettanti li ppakkjaw il-Lido Hall. Dakinhar inħatar l-ewwel Kumitat b’Anthony Camilleri President, Alex Caruana Segretarju, Jason Vella Kaxxier u Emanuel Axiaq, Emanuel Mangion, Patrick Gabaretta, Raymond Abdilla, Angelo Cutajar, Raymond Cutajar, Joseph Caruana, Grazio Pullicino, Thaddeo Agius, Kevin Camilleri, Josef Farrugia u Joseph Pace bħala membri. Mro. Michael Bugelli, minn Ħaż-Żabbar inħatar bħala Surmast Direttur u Dun Charles Carabott sar id-Direttur Spiritwali. Pero, peress li sadanittant kien sar xi tibdil fl-isem tal-Banda l-oħra ta Birżebbuġa, inqalgħu xi intoppi biex jinħarġu l-permessi meħtieġa. Għalhekk, fl-laqgħa Straordinarja li nżammet nhar id-29 t’April 1990, l-isem tal-banda l-ġdida ġie mibdul għal Soċjetá Filarmonika Birżebbuġa A.D. 1990. Inkomplu fuq l-isem, u nimxu lejn is-sena ta l-1996, fejn waqt il-laqgħa Ġenerali Annwali li saret fil-Każin il-ġdid fl-14 ta' Jannar 1996, b’vot unanimu l-isem inbidel għall-Soċjetá Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D.1990, biex b’hekk, is-Soċjetá rabtet darba għal dejjem il-Patrun tagħha ma’ isimha.

Nerġgħu lura għall-ewwel jiem tal-Banda, fejn insibu li l-ewwel kumitat beda għaddej bit-tiftix ta’post adekwat biex jiffunzjona bħala Kazin, liema post kellu jkun il-fond numru  77, Triq Birzebbuga fil-Bajja ta’San Gorg,  maghruf aktar bħala l-Morning Star.  Numru ta’ voluntiera bdew jaħdmu mmedjatament biex jirrinovaw dan il-post u x-xogħol tant mexa li fil-11 ta Frar 1990 saret laqgha għall-genituri ta’dawk l-allievi li kienu nteressati jibdew jitgħallmu l-muzika. Minn l-għada stess is-Surmast Direttur Mro Michael Bugelli u l-Assistent Surmast Joe  Vella bdew bit-tagħlim tal-Muzika.

Il-laqgħa ta l-allievi tal-11 ta Frar 1989 kienet l-ewwel pass biex tifforma l-Banda. Bis-saħħa ta numru ta’ benefatturi bdiet tinxtara l-istrumentatura . Mro Michael Bugelli kiteb l-Innu tal-Banda Birzebbuga u l-Innu Marc Lill-Gawhra ta l-Iljuni. Dawn l-Innijiet flimkien ma l-Innu Popolari Lil San Pietru ta’Mro Carmelo Pace u diversi marci oħrajn, gew irrekordjati fuq cassette, f’recording storiku li sar gewwa l-Lucky Hall nhar is-Sibt, 19 ta’Mejju 1990. Il-Festa bdiet toqrob gmiela. Il-Bord Editorjali ħa ħsieb il-pubblikazzjoni tal-programm tal-festa li nghata l-isem ta ‘Minn Qalb l-Iljuni’. Il-Banda ħarget ukoll l-ewwel bandisti tal-post taghha. Dawn kienu Rocco Zahra, Spiridione Camilleri, Alex Caruana, Johan Polidano, Felicienne Paris, Eman Camilleri u Vincent Mifsud.

Waslet ukoll dik il-gurnata li l-banda l-gdida taghmel l-ewwel dehra taghha. Kien il-Hamis, 2 ta’Awissu 1990, it-Tieni Jum tat-Tridu tal-Festa ta’San Pietru,  meta fit-8.00 pm is-Soċjetá’ Filarmonika Birzebbuga bdiet marc minn Triq il-Borok. Il-marc ghadda minn diversi toroq sakemm il-banda dahlet f’Misrah il-Knisja u baqghet tiela sa fuq iz-zuntier, akkumpanjata minn folla kbira ta partitarji.
Hemmhekk kien hemm jistenniha il-Kappillan Dun Guzepp Farrugia li bierek il-Banda. Wara, l-banda daqqet ghall-ewwel darba l-Innu taghha fil-pubbliku. F’dik il-festa il-Banda daqqet ukoll il-Gimgha, 3 ta’Awissu 1990, is-Sibt 4 ta’Awissu 1990, u l-Hadd filghodu sar ghal l-ewwel darba il-Marc il-Kbir ta l-Iljun. Is-sena ta’wara, is-Soċjetá reget hadet sehem bil-kbir fil-festa ta San Pietru, fejn ghall ewwel darba sar ukoll Programm Muzikali fil-Bajja s-Sabiha nhar is-Sibt 3 t’Awissu 1991.

Sa mill-ewwel sena, il-Kumitat inkoraggixxa it-twaqqif ta’diversi Sotto Kumitati biex bix-xoghol attribwit lilhom, ikunu ta ghajnuna lejn il-Kumitat Ezekuttiv. L-ewwel Sotto Kumitat kien dak taz-Zghazagh, li gie mwaqqaf nhar il-Festa tal-Kattedra ta San Pietru, 22 ta Frar 1990 u fis-sena 2000 is-Sotto Kumitat Zghazagh sar Sezzjoni Zghazagh Iljuni. Fil-25 ta’Gunju 1990  twaqqaf is-Sotto Kumitat Nisa li fis-sena 2000 huma saru maghrufa bhala Sezzjoni Nisa Petrini. Fl-4 ta’Settembru 1990 gie ffurmat is-Sotto Kumitat tan-Nar bl-iskop li jiehu hsieb il-hruq tan-Nar li jkollna fil-festa ta’San Pietru. Illum il-gurnata nistghu niftahru li l-festa hadet spinta l-quddiem f’dak li jirrigwarda n-Nar, specjalment bl-ispettaklu tan-Nar ta l-Art ta lejliet il-festa. Fis-Sena 2000 l-isem inbidel ghall-Kummissjoni Nar u fl-2004 l-isem sar Ghaqda tan-Nar 22 ta’Frar.

Wara l-festa ta l-1990, il-Kumitat ghamel talba mal-Awtoritajiet ekklezjastici biex il-banda l-gdida tkun tista tuza’ ukoll l-Istatwa ta’ San Pietru tal-Marc tal-Gimgha, li hija propjeta’ tal-Parrocca. Wara diversi laqghat li rrizultaw fin-negattiv, is-Soċjetá’ giet imcahhda ghall-dejjem milli taghmel marc fl-ahhar Jum tat-Tridu bl-Istatwa ta’San Pietru. Ma kienx fadal triq ohra hlief li tigi ordnata statwa gdida ta’San Pietru. Kien it-Tlieta, 6 ta Novembru 1990, meta giet ordnata Statwa ta’San Pietru ghand l-Iskultur famuz Kav. Alfred Camilleri Cauchi. Inhadem  pedestall minn Alex Caruana u Joe Cutajar. L-istess persuni hadmu wkoll il-bradella u l-kolonna biex fuqa tibda tittellgha l-istatwa. L-istatwa li  izzanznet nhar il-Gimgha, 2 ta’Awissu 1991 meta ngiebet bil-bahar minn Marsaxlokk akkumpanjata minn ghadd ta’dghajjes u  tnizzlet Wied il-Buni. Wara saret manifestazzjoni grandjuza mat-toroq tar-rahal, sakemm l-istatwa ittellghet fuq il-kolonna li kienet armat fil-bidu ta’ Triq Zaren Dalli. Mil-festa ta l-1995 bdiet tintuza kolonna ohra li nhadmet mill-ahwa Joe, Angelo u Ray Cutajar. Mill-1996 din bdiet tintrama fil-bajja s-Sabiha.  Fl-1999 izzanznet bradella gdida,  li nhadmet minn Mastru Guzeppi Galea ta’ Hal Luqa. Ghall festa ta l-2003, l-Istatwa ta San Pietru giet indurata mill-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, fejn saret ukoll alterazzjoni fl-id ta’ l-Istatwa.

Is-Soċjetá’ Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuga A.D. 1990 ghamlet diversi servizzi kemm f’Birzebbuga kif ukoll barra mir-rahal. Bla dubju l-ikbar sehem dejjem inghata fil-Festa Titulari ta’ San Pietru fejn mill-1990 sal-festa tas-sena l-ohra il-banda ghamlet numru kbir ta’ servizzi. Barra minhekk gew mistiedna diversi baned barranin.  Il-Banda Birzebbuga giet mistiedna biex taghmel servizzi f’diversi lokalitajiet differenti u dan juri li f’qasir zmien il-banda stabbilit isimha f’pajjizna. Saru numru ta  servizzi ohra f’Birzebbuga f’okkazzjonijiet u avvenimenti differenti.  Fost dawn insemmu il-Programm Muzikali Annwali “Mill-Bandisti ghall-Membri” li ilu isir mill-1996.  Is-Soċjetá’ ghamlet ukoll servizzi barra minn xtutna meta  waqt zjara gewwa t-Tunezija saru servizzi muzikali fid-19, 20 u 21 ta Marzu 2004.

Fl-okkazzjoni ta l-10 Anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetá’ saru festi kbar sabiex jikkomemoraw din il-gurnata memorabbli fejn  il-qofol kien Programm Korali u Strumentali li sar nhar is-Sibt, 19 ta’ Frar 2000 fit-Teatru Sir Temi Zammit ta’ l-Universita’. Dakinhar il-Banda, li kienet taht id-Direzzjoni ta Mro Michael Bugelli daqqet ghall-ewwel darba l-Innu l-Kbir Tu Es Petrus.

Nhar is-Sibt 5 t’Awissu 2000 gie mzanzan plancier gdid tal-banda li gie regalat lis-Soċjetá mis-Sur Ronnie Galea. Dakinhar gie esegwit  fuqu Programm Korali u Strumentali f’Misrah  il-Knisja, fejn ghall-ewwel darba indaqq l-Innu l-Kbir Tu Es Petrus gewwa Birzebbuga. Fis-sena 2009 dan il-plancier ghadda minn renovazzjoni estensiva biex ikun jista’ jakkomda ahjar lill-bandisti, lis-surmast, u l-Kor Xmun Pietru, li twaqqaf f’Jannar tal-2006 taht id-direzzjoni tal- Mro. Felicienne Paris B.Ed (Hons), L.Mus. T.C.L., A.Mus. L.C.M.

Kif qed naraw, is-Soċjetá bdiet tikber b’ritmu tassew mghaggel , u kull ma jmur bdiet tinhass il-htiega ta’ kazin akbar. Ghalhekk , bl-approvazzjoni tal-membri,  fl-1991, bdew il-proceduri biex il-Kumitat iffittex post li seta jservi bhala Kazin. Kien hemm diversi proposti izda l-Kumitat  tefa’ ghajnejh fuq il-fond 11/12 Triq Birzebbuga, it-triq principali li mill-Bajja s-Sabiha twasslek sa Misrah il-Knisja.  Wara hafna xoghol u ricerki, intlahaq ftehim ma’ sid il-post u nhar is-16 ta’ Mejju 1992, gie ffirmat il-konvenju.  Fl-Laqgha Generali Straordinarja li nzammet nhar il-Hadd 24 ta’ Mejju 1992, il-membri approvaw b’mod unanimu ix-xiri tal-post u kollox gie ffinalizzat nhar il-15 ta’ Settembru 1992 meta dakinhar gie ffirmat il-Kuntratt.

Kif il-Kumitat akkwista c-cwievet tal-post bdew il-pjanijiet kif il-post seta jigi alterat u rikostruwit biex jinaghta statura ta’ kazin tal-banda. Izda nhar it- 8 ta’ Novembru 1992  Sunny Bonnici (ta’ Farfar) u Peter Camilleri (il-Pajju), issuggerew li l-ahjar haga kienet  li l-post jinhatt kopmletament u jigi ppjanat mill-gdid, u fil-fatt hekk gie deciz. Fil-kesha ta Dicembru 1992 il-post beda jinhatt. Kienu granet u ljieli ta’ sagrifficcji kbar fl-eqqel tax-xitwa. Kif kien komplut it-twaqqieh, nhar is-27 ta’ Marzu 1993 beda jinbena l-Kazin il-gdid mill-pedamenti. Ix-xoghol sar taht supervizjoni  ta’ l-Onorevoli Perit Karmenu Vella u l-Perit Michael Schembri., filwaqt li x-xoghol tal-bini kien immexxi minn Sunny Bonnici, Peter Camilleri, Victor Schembri u Pietru Camilleri (is-Sigarr). Dawn ta kuljum kienu jkunu mghejjuna minn ghadd ta volontiera, hafna minnhom zghazagh. Il-Kumitat ma waqafx hawn u  fit-22 ta’ Novembru 1994, giet akkwistata bicca propjeta ohra, ir-remissa li hemm biswit il-Kazin. Din ir-remissa giet imhallsa kompletament f’Dicembru 1999. Ic-cwievet tar-remissa gew moghddija lis-Soċjetá’ nhar is-17 t’Awissu 2004 u fil-Milied ta l-2004, itellghet wirja ta presepju mekkanizzat gewwa r-remissa, wirja li baqghet tittellgha kull Milied sussegwenti.

Meta kollox kien lest biex is-Soċjetá’ tibdel is-Sede taghha, nhar is-17 ta’April 1996 is-Soċjetá’ imxiet fil-Kazin il-gdid li nghata l-isem ta’ “Gawhra ta San Pietru”.  Fit-2 ta’Awissu 1997 tqieghdet simbolikament l-ahhar gebla tal-Kazin mil-President is-Sur Anthony Camilleri. L-ghada, qabel il-marc ta’ filghodu, l-istess President tella’ ghall-ewwel darba bandiera Maltija ma’ l-arblu tal-kazin. Fis-16 ta’  Settembru 1997 saru festi kbar biex nikkomemoraw il-gurnata li fiha il-Kazin sar propjeta tas-Soċjetá’ u  gie kkonsagrat ghall-Qalb ta’ Gesu u ta’ Marija.

Ix-xoghol fil-kazin ma waqaf qatt u fis-7 ta’April 2000 tlesta it-tqeghid tal-granit fit-tarag u sar poggaman tal-ferrobattuto. Saru diversi xogholijiet ohra ta’ tisbieh bhal suffetti,  purtieri u ghamara. Ftit gimghat qabel il-Festa ta l-2002 gie mwahhal il-bieb principali tal-Kazin u nhar il-Hadd,  28 ta Lulju 2002, il-President is-Sur Simon Micallef tella ghall-ewwel darba il-bandiera l-maggura ma l-arblu tal-kazin.  F’Ottubru ta’ l-2003 gew mibdula is-sitt bibien tal-faccata li saru ta l-eroko. Nhar il-Hadd, 25 ta Lulju 2004, Is-Sur Simon Micallef President tas-Soċjetá’, flimkien mas-Sur Robert Baldacchino, President tas-Sezzjoni Zghazagh Iljuni, inawguraw il-faccata tal-Kazin wara li din giet dekorata bl-irham u b’zewg kolonni taz-zonqor, xoghol tal-marmista Ronnie Pisani. Din il-faccata giet iffinanzjata mis-Sezzjoni Zghazagh iljuni.  Din is-sena kienet ukoll l-ewwel sena li fiha bdiet tigi ccelebrata l-Gimgha Mqaddsa fil-kazin taghna, bl-ghajnuna ta’ bosta voluntiera.

Pass iehor storiku sehh nhar il-Gimgha, 30 ta’ Lulju 2004, meta l-ufficjali  tal-Kazin li kienu jokkupaw il-kariga dak iz-zmien, is-Sur Simon Micallef – President, is-Sur Johan Briffa - Segretarju u s-Sur Walter Pace - Kaxxier, ghamlu l-konvenju li permezz tieghu is-Soċjetá’ akkwistat l-ispizerija ta’ magenb il-kazin. 

Is-sena 2005 rat is-Soċjetá’ tikseb successi fejn jidhol tizjin tal-Milied – it-tieni post minn Malta kollha fil-kompetizzjoni tal-Presepji kif ukoll ghat-Tizjin tat-Triq.  Il-banda wkoll kellha sena ta’ success – il-banda tas-Soċjetá’ rebhet il-Gara Muzikali tas-sena 2005, bil-hila u l-kapacita’ tal-bandisti tal-post – holma ohra li saret realta’ wara hafna snin ta’ hidma.  Dan is-success gie ccelebrat bi programm muzikali fit-22 ta’ Frar tas-sena ta’ wara, gewwa s-sala tal-iskola primarja ta’ BIrzebbuga, u g halih attendew il-Kumitat Amministrattiv tal-Malta Band Association kif ukoll ghaqdiet ohra mir-rahal u minn irhula ohra. 

Fil-Laqgha Generali tat-18 ta’ Settembru 2005, il-maggoranza tal-membri qablu li jkomplu in-negozjati biex tinxtara il-propjeta’ biswit il-kazin.  Fi Frar 2006 tlestew il-pjanti tal-kazin biex tigi sottomessa l-applikazzjoni lill-MEPA biex nirregolarizzaw il-propjeta’ tal-kazin.   U fl-ahhar wasal is-26 ta’ Mejju;  u s-Soċjetá’ ufficjalment akkwistat ispizerija.  Twaqqfet l-iSkema Tkabbir tal-Kazin – bl-ghan li l-membri joffru ghajnuna finanzjarja fit-tkabbir tal-kazin. 

Mbaghad fis-sena 2006 bdiet inizjattiva ohra – fil-Karnival is-Soċjetá’ taghna bdiet tiehu hsieb li torganizza attivita’ biex ir-rahal kollu jiccelebra din l-okkazjoni – sar daqq ta’ marci minn hdejn il-venda sa hdejn il-kazin, mbaghad wara ttellghet serata ta’ zfin u divertiment.  Ghal Gimgha 6 ta’ Awwissu ta’ dik is-sena, ghal-ewwel darba l-Ghaqda 22 ta’ Frar hadet hsieb li tipprepara spettaklu sabih ta’ nar bl-isem is-Sema mimlija bil-Kuluri, bl-ghajnuna tas-Sur Godfrey Zammit il-Lupsi, liema spettaklu ttella’ minn fuq il-Bajja s-Sabiha dakinhar li San Pietru gie migjub minn fuq il-bahar.  L-ahwa Anglu u Raymond Cutajar hadu hsiebu li jlestu il-kolonna li fuqha tintrama l-istatwa artistika ta’ San Pietru li tigi armata quddiem l-ghasa tar-rahal. 

Din is-sena rat progress kbir fejn jidhol komunikazzjoni.  F’din is-sena l-Bord Editorjali beda jiehu hsieb li jippublika newsletter bl-ghan li jzomm lill-Birzebbugin infurmati b’dak li kien qed jigri fis-Soċjetá’, publikazzjoni li nizlet tajjeb hafna man-nies tar-rahal.  Dan ovvjament minbarra l-publikazzjonijiet li l-Bord johrog ta’ kull sena, bhal ma huma l-kalendarju u l-ktieb tal-festa. 

Is-sena 2007 kienet is-sena li fih l-E.T Mons. Arcisqof Patri Pawl Cremona OP ghogbu jaghmel zjara gewwa s-sede taghna (fis-27 ta’ Lulju), liema zjara giet akkumpanjata minn hafna entuzazmu min-nies, li ltaqghu kollha fit-toroq biex  jilqghu lil-Isqof. 

L-2008 rat process ta’ manutenzjoni fit-tielet sular tal-kazin, fejn intrama arkivju tempoanju fis-sala tal-kuncerti biex b’hekk il-muzika issa hija kollha mergugha fis-sede taghna.  Intramat b’ghamara moderna wkoll il-kamra tas-segretarju.  Din is-sena wkoll inhasset il-htiega li jinbidel l-arblu l-maggur u ghalhekk bidet hidma fuq l-arblu l-gdid, liema arblu gie iffinanzjat mill-Onor. Dr. Marlene Pullicino.  Nhar il-Ħadd 20 ta’Lulju 2008, dan l-arblu sab postu fuq il-bejt tas-Soċjetá’, fost hafna capcip u entuzjazmu. 

Is-sena 2009 hija mmarkata mill-anniversarju tal-migja tal-vara ta’ San Pietru f’Malta.  Anniversarju li ser jinghata l-prominenza li jixraqlu, b’hafna sorprizi ghal festa ta’ din is-sena, fosthom l-Innu gdid.   B’hekk barra l-Innu Popolari tas-surmast Carmelo Pace, is-Soċjeta’ issa se jkollha innu popolari ieħor kollu kemm hu tagħha, l-innu Nħobbuk bħalma niesna ħabbewk’; b’muzika ta’ Mro. Raymond Sciberras F.L.C.M, u versi tal-Professur Oliver Friggieri.  Minn naha l-ohra din is-sena saru wkoll alterazzjonijiet sinifikanti fil-plancier, biex issa sar iktar denju ta’ Soċjetá’ li qieghda dejjem tikber. 

Hawnhekk tajna harsa biss lejn l-iktar mumenti sinifikanti tas-Soċjetá’.  Ma ninsewx ix-xoghol bla waqfien li jibqa’ ghaddej matul sena, u li jsir kull sena; l-attivitajiet li jiehdu hsieb jorganizzaw il-Kummissjonijiet (kemm bhala gbir ta’ fondi, kif ukoll l-attivitajiet tal-Milied, tal-Karnival ecc), il-publikazzjonijiet kollha tal-Bord, is-sagrifficju li l-Ghaqda 22 ta’ Frar taghmel matul is-sena, ix-xoghol kontinwu tal-Kumitat – barra x-xoghol fiziku u l-hin li dan iqatta’ gewwa l-kazin, ma ninsewx il-laqghat u diskussjonijiet twal li jsiru – dejjem bil-ghan li s-Soċjetá’ taghna tkompli taghmel il-progress.  Barra minn dan-nies kollha, hemm dawk il-membri u persuni li jaghtu daqqa t’id kull meta jkun hemm bzonn, u ovvjament, ma nistghux ma napprezzawx il-kontribuazzjonijet finanzjarji, li sfortunatament huma importantissimi ghal kazin.

Iżda żbaljat min jahseb li forsi lhaqna s-sema b’idejna! It-triq quddiemna hija twila, u x-xoghol huwa iebes.  Izda il-futur ghall-din il-Banda huwa wiehed sabih u cert. Xhieda ta’ dan huwa n-numru sabih ta zghazagh li jiffrekwentaw il-kazin u jghinu lis-Soċjetá. Izda bla dubju ta xejn, is-success enormi li kisbet is-Soċjetá’ Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuga A.D. 1990 tul dawn id-dsatax-il sena  tafhom lid-diversi benefatturi u volontiera  li taw sehmhom f’din il-miexja glorjuza.  Minn qalbna – grazzi.

 

copyright Soc Fil San Pietru 2014 designed & created by eosArtscopyrightlegal disclaimerprivacy policy cms