Dahla  Attivitajiet  Ritratti  Storja  Memorabilja  Kuntatti

Ktieb tal-mistidnin

Zied Kumment Gdid

B'tifkira ghaziza ta' Dun Benjamin Camilleri

27th Aug 2010
B'tifkira ghaziza ta' Dun Benjamin Camilleri li mar jiltaqa mal-Mulej jumejn ilu, fil-25 t'Awissu 2010, fl-eta' ta' 74 sena.

Dun Benjamin twieled u trabba gewwa r-rahal tal-Imqabba. Ircieva l-formazzjoni tieghu fl-ordni tal-Frangiskani Kappucini u gie ordnat sacerdot minn idejn l-E.T. l-Arciqof ta' Malta Mons. Mikiel Gonzi bl-isem ta' Patri Mark fis-7 ta' April 1962. Wara servizz pastorali fil-parrocca tat-Trinita Qaddisa gewwa l-Marsa mar ikompli jaqdi dmiru ta' sacerdot gewwa l-Ingilterra fejn hadem f'diversi parrocci. Minhabba ragunijiet ta' sahha, wara 28 sena fl-Ingilterra, irritorna lura Malta u s-servizz pastorali tieghu kompla jwettqu fil-parrocca taghna ta' Birzebbuga sal-gurnata li halliena.
Il-funeral tieghu sar dalghodu fil-parrocca ta' Santa Marija, l-Imqabba.

Aghtih Mulej il-mistrieh ta' dejjem!

Roderick Cachia

25th Aug 2010
Nixtieq nirringrazzja lil kull min ta' sehmu sabiex tajna merbħa sabiħa lis-sindku ta' Porto San Giorgio ġo s-sede' tagħna. Grazzi għal dawk il-voluntiera kollha li nadfu u ramaw s-sede' tagħna, il-bandisti u koristi li animaw din iż-żjara, lil dawk li preparaw għar-riċivimnet u lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor taw sehmhom.

Id-delegazzjoni apprezzat il-merħba sabiħa li tajniehom.

Grazzi għal darb'oħra għal ħidma kolletiva li teżisti fi ħdan is-soċjeta' tagħna.

Ryan Farrugia

23rd Aug 2010
Ghaziez Membru , filwaqt li nixtieq niringrazjak tal hafna kumenti zbieh li halejtilna , nixtieq nasigurak li dwar l armar hekk imsejah tal briju diga gi diskus waqt il laghqa tas-sezzjoni Zghazagh .



Membru

23rd Aug 2010
Prosit lis-Socjeta' taghkom tal-festa li ghamlet. Nixtieq naghti prosit ukoll lis-Sezzjoni zghazagh. Din is-sezzjoni regghet hadet nifs gdid u hemm motivazzjoni gdida. Nappella l-membri ta' din is-sezzjoni biex tibqa tiehu interess matul is-sena kollha u ma tiddejjaqx tiehu l-ezempji tajba tas-sezzjonijiet ohra f'Malta. Ghalhekk l-ahjar huwa li z-zghazagh iduru l-irhula differenti u jaraw x'inhu jsir. Xi hadd tkellem fuq osservazzjonijiet u li-importanza li wiehed jevalwa l-affarijiet. Importanti li wiehed jammetti l-izbalji li jkunu saru u sena wara jirrangahom. Jekk ma jsirx hekk il-festa ma timxix 'il quddiem. Nixtieq nghaddi kumment perezempju li zgur li s-Sezzjoni Zghazagh ghandha titrattah fis-seduta taghha li jmiss. Hemm bzonn li l-armar tal-briju, inkluz il-purtiera ma jithallewx hemm fil-hin tal-purcissjoni. Ghalkemm ikunu fil-genb u ma jaghtux fastidju, estetikament dan mhuwiex tajjeb, daqskemm perezempju huma koroh dawk is-siggijiet tal-pubs fejn ix-xatt, imma biex nitkellmu fuq dawk l-ewwel irridu nibdew ahna. L-armar tal-briju fil-fehma tieghi ghandu jitnehha kollu wara l-marx ta' filghodu. Dak ghandu jkun committment tal-membri tas-Sezzjoni Zghazagh. Kif jispicca l-marc ghandu jitnehha kollox minnufih. Dik hija turija ta' serjeta'. Nemmen ukoll li fejn tidhol il-banda kien hemm avvanzi u nahseb li metga wiehed jitkellem fuq il-banda dan mhuwiex sinjal ta' pika zejda tant li meta rajt il-messaggi tal-banda ma dehrlix li kien hemm kummenti dispregjattivi. Il-banda hija topic vast hafna. Wiehed japprezza hafna l-ispazju li inghata l-banda fil-ktieb tal-festa. Hekk ghandu jkun. Biss ma nistghux nieqfu hawn. Il-banda titlob attenzjoni aktar mill-vicin. Ir-reklamar fuqha huwa importanti imma l-aktar li tghodd hija il-hidma li ssir fuqha matul is-sena u li l-kumitat flimkien mal-kummissjoni banda jkun l-ewwel nies li jassiguraw li dak li jsir isir tajjeb inkella ma jsir xejn. Dak huwa verament l-aqwa certifikat li tista' tinghata l-Banda. Nixtieq nghid prosit lis-Socjeta wkoll specjalment fejn jidhol nar u piroteknika li nahseb qed jaghtuna show isbah mill-iehor kull sena, u qed jissuperaw lilhom infushom. Nahseb lil dak huwa bejn wiehed u iehor fejn tidhol is-Socjeta taghna. Il-bqija tal-festa imbaghad hija storja ohra. Grazzi u Prosit.

Segretarju Eżekuttiv

14th Aug 2010
F\'isem il-Kumitat Eżekuttiv u l-Għaqda tan-Nar 22 ta\' Frar, nixtieq nibgħat il-kondoljanzi tagħna lill-familja ta\' Mario Dimech, vittma fit-traġedja tal-kamra tan-nar, 15 t\'Awissu tal-Mosta.

BUBI

14th Aug 2010
Iva, Socjeta taghna trid tkompli tikber u tincentiva l bandisti tal post. Dan hu l ghan ta Socjeta muzikali serja. Llum l gurnata din is socjeta ghanda ammont sabieh ta allievi wkoll li ma ndumux ma narawhom idoqqu mal banda taghna.

Osservatur

6th Aug 2010
Jekk kullhadd jemmen li l-programm tieghu kien l-ahjar...tant l-ahjar.Dan ifisser li f\'Birzebbuga ghadna talent qawwi fil-qasam mużikali!!! Prosit li kullhadd. It-tghajjier u tmaqdier ma jwassal imkien anzi jitfa dellikrah fuq ir-rahal taghna. J\'Alla kullhadd ikun kburi b\'dak li s-socjeta\' tieghu toffri.

Sakemm il-pika tibqa fuq livelli ragonevoli dan ikompli ikabbar l-festa taghna. Il-kliem dispregjattiv lejn shabna ta\' l-istess rahal jaghmel biss ghajb u nappella biex kummenti bhal dawn jieqfu.

Biss ta\' min jinnota li s-socjeta filarmonika san pietru tat spinta qawwija fil-qasam muzikali u dan jidher fil-pubblikazzjoni li harget ghal zmien il-festa. Psosit tal-page bil-Banda u l-profilil tal-bandisti.

Dan juri fejn hi l-projorita tas-socjeta\'

Neil

6th Aug 2010
Din is-sena l-Banda Birzebbuga regghet harget bl-unuri kollha. Tellghet programm fi Frar, daqqet 3 darbiet gewwa Ruma fosthom Akkademja, u tellghet programm Lejliet il-festa ta' livell. Ghalhekk certu kummenti li gejjin minn xi nies bilfors tidhak meta taqrahom. Ghadhom ma fehmux li l-muzika li daqqew huma ahna ilna zmien zemzem li ghaddejniha. Il-Poet & Peasant?, il-bagpipes li daqqew il-Highland Cathedral u 'Dances with wolves' li ahna ghaddejnihom qabilkom u ggennitnu meta ahna gibna l-bagpipes l-ewwel darba. Il-Manhattan Overture li ghaddejtu intom u li dik ahna ghaddejniha fl-ewwel programm li ghamlet is-Socjeta fl-1991? L-Emperor Waltz li ghaddejnih ukoll u ghaddejna hafna itqal minnu. il-'My heart will go on'? Li ahna daqqejniha xi sena wara li l-istess film Titanic rebah l-Oscar! Il-Beatles Collection? Li ghaddejniha wkoll f'xi programm li naghmlu kull sena fi Frar! U l-kanzunetti Naplitani, li xbajna ndoqqu minnhom u kollha ghaddejnihom. Semmew il-vucijiet. X'nsta nghid ghall-vucijiet, nghid li mela l-Granada titkanta minn Soprana? Granada titkanta minn tenur mela minn soprana! Insomma m'hemmx paragun mal-programm li tellghajna ahna. Ahna dak il-programm lli ghamiltu intom intellghuh fi Frar barra li dik il-muzika li ghaddejtu ahna ilna zmien li ghaddejnihom!

Joe

5th Aug 2010
Nixtieq nghid xi haga fuq il-programm muzikali li l-Banda tas-Socjeta' tellghet lejliet il-festa ta' San Pietru. Xi membri tal-banda l-ohra sostnew li programm bhal taghhom ahna la naghmluh u lanqas noholmuh. Nixtieq nghid lil dawn in-nies li l-muzika li daqqew huma fil-programm li ghamlu l-Gimgha ahna ilna snin li ghaddejniha u t-tieni nett zgur ma tistax thallat il-kwalita' ta' muzika li ghaddejna ahna mat-tip ta' muzika li ghaddew huma. Biss biss ghaddejna 'The Magnificent Seven' li issa ftit kienu l-baned f'Malta li ghaddew din is-silta, forsi 3 l-iktar l-iktar hamsa. Barra minn hekk ghaddejna wkoll il-'Vespri Siciliani' li din ukoll hija impenjattiva hafna u titlob hafna xoghol. Imma trid tkun tifhem biex titkellem u mhux jigu erbgha ma jifhmu f'xejn u jridu jparlaw.

Roderick Cachia

4th Aug 2010
Festa 2010

Nħossni ferm grat lejn kull min ta sehmu biex is-soċjeta' tagħna reġgħet organizzat festa denja lejn il-patrun tagħna San Pietru. Il-fatti kollha juru li fl-aħħar 20 sena l-festa tagħn akiebret grazzi għas-sehem tagħna. Dan hu grazzi għal fatt li s-soċjeta' tagħna dejjem emnet fil-potenzjal żgħażugħ.

L-ispirtu żgħażugħ mħallat ma' l-esperjenza hija t-taħlita li t-tmexxija tas-soċjeta' temmen fiha u għalhekk nirnexxu f'kull ħolma li noħolmu. Dakli twetteq mis-soċjeta' tagħna fl-aħħar 20 sena huwa l-għira ta' ħafna għaqdiet oħra. Is-suċċessi tal-passat għandhom ikun l-ixprun għal iktar suċċessi fil-futur.

Lest inkompli noħlom ma' din is-soċjeta' għax il-ħolm tal-passat fisser suċċess! Kburi li kont parti minn dan is-suċċess.

IL-FATTI JURU LI KONNHA AĦNA LI POGGEJNA ISEM IR-RAĦAL TAGĦNA MA' L-ERBAT IRJIEĦ TAD-DINJA.

Julian Izzo

4th Aug 2010
prosit hafna tal festa. din kienet festa li hadd mhux ser jinsija qatt
viva tal iljuni
viva san pietru prinċep tal appostli

Jonathan il-Kburi Iljunist

3rd Aug 2010
Din is-sena il-festa se tibqa' fuq fomm kulhadd. kienet festa ta sucessi kbar li il-hidma ta'sena shiha isarfet fil gima tal festa fej kulhadd ha gost b'dak li kien preparat.zgur li gediddna il-memorji ta hafna nies li tul dawn l-20 sena hadmu id fid sabiex jaraw is-socjeta li tant ihobbu tibqa mixja il quddiem. Grazzi lil kulhadd li b'xi mod jew iehor ta l-ghajnuna tieghu biex din-festa tkun sucess bhal ma kienu il-festi ta' qabel sabiex nibqghu nuru f'Birzebbuga min hu rebbieh

Viva ta' l-iljun
Viva il-Kbir Princep ta' l-appostli, Patrun u Protettur taghna San Pietru

IL KIND

3rd Aug 2010
Prosit lil kullhadd tal festa kbira li kellna Keep it up

Bertha

2nd Aug 2010
Festa 2010 - SUCCESS!! Urejna lill-kulhadd li ahna l-aqwa banda f'Birzebbuga! Grazzi u proset tmur ghal dawk kollha li b'xi mod jew iehor hadmu ghal din il-festa, qattghu hafna mill-hin taghom, b'mod volontarju jahdmu. Fl-ahhar u mhux l-inqas l-iktar GRAZZI tmur ghall-patrun kbir taghna San Pietru li zamm idejh fuqna u harisna waqt il-hidma taghna sabiex stajna naghmlulu festa kif jixraqlu!

Viva San Pietru
Viva tal-Iljun

Nathaniel

2nd Aug 2010
Proset tassew lil kull min hadem biex ghamilna festa kif jixraq lil patrun kbir taghna San Pietru. Din is-sena bhas-soltu kellna festa mill-aqwa u erganja urejna bic-car li tal-Iljun l-aqwa banda f' Birzebbuga.

Viva San Pietru u Viva Tal-Iljun.
< back next >


sponsorjat minn
Advert


copyright Soc Fil San Pietru 2014 designed & created by eosArtscopyrightlegal disclaimerprivacy policy cms